Artikolu 80 – Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet

1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-deċiżjonijiet li tadotta skont l-Artikolu 70(1), 71(1) u l-Artikoli 73 sa 76. Din il-pubblikazzjoni għandha tiddikjara l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut ewlieni tad-deċiżjoni, inkluż kull penali impost.
2. Il-pubblikazzjoni għandha tqis id-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-fornitur tal-pjattaforma online kbira ħafna jew tal-magna tat-tiftix online kbira ħafna kkonċernat, ta’ kull persuna oħra msemmija fl-Artikolu 67(1) u ta’ kull parti terza fil-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali tagħhom.

Scroll to Top