Artikolu 77 – Perjodi ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta’ penali

1. Is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni mill-Artikoli 74 u 76 għandhom ikunu soġġetti għal perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin.
2. Iż-żmien għandu jibda jiddekorri mill-jum meta jitwettaq il-ksur. Iżda fil-każ ta’ ksur kontinwu u ripetut, iż-żmien għandu jibda jiddekorri mill-jum meta jieqaf il-ksur.
3. Kull azzjoni meħuda mill-Kummissjoni jew mill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali għall-fini tal-investigazzjoni jew tal-proċedimenti fir-rigward ta’ ksur għandha tinterrompi l-perjodu ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni ta’ multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali. L-azzjonijiet li jinterrompu l-perjodu ta’ limitazzjoni għandhom jinkludu, b’mod partikolari, dawn li ġejjin:

  • (a) talbiet għal informazzjoni mill-Kummissjoni jew minn Koordinatur tas-Servizzi Diġitali;
  • (b) l-ispezzjoni;
  • (c) il-ftuħ ta’ proċediment mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 66(1).

4. Ma’ kull interruzzjoni, id-dekorrenza ta’ żmien għandha terġa’ tibda mill-bidu. Iżda l-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta’ multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali għandu jiskadi sa mhux aktar tard mill-jum meta jkun għadda perjodu daqs id-doppju tal-perjodu ta’ preskrizzjoni mingħajr ma l-Kummissjoni tkun imponiet multa jew pagament perjodiku ta’ penali. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż biż-żmien li matulu l-perjodu ta’ preskrizzjoni jkun ġie sospiż skont il-paragrafu 5.
5. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta’ multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali għandu jiġi sospiż sakemm id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun is-suġġett ta’ proċedimenti pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Scroll to Top