Artikolu 68 – Setgħa li jsiru intervisti u dikjarazzjonijiet

1. Biex twettaq il-kompiti assenjati lilha f’din it-Taqsima, il-Kummissjoni tista’ tintervista lil persuna fiżika jew ġuridika li tagħti l-kunsens għal intervista għall-fini tal-ġbir ta’ informazzjoni, relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni, b’rabta mal-ksur issuspettat. Il-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tirreġistra tali intervista permezz ta’ mezz tekniku xieraq.
2. Jekk l-intervista msemmija fil-paragrafu 1 issir f’bini ieħor għajr dak tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ssir l-intervista. Jekk ikun mitlub minn dak il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali, l-uffiċjali tiegħu jistgħu jassistu lill-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-Kummissjoni biex iwettqu l-intervista.

Scroll to Top