Artikolu 5 – ‘Caching’

1. Meta jkun ipprovdut servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni li jkun jikkonsisti fit-trażmissjoni f’network tal-komunikazzjoni ta’ informazzjoni pprovduta minn riċevitur tas-servizz, il-fornitur tas-servizz ma għandux ikun responsabbli għall-ħażna awtomatika, intermedjarja jew temporanja ta’ dik l-informazzjoni, imwettqa biss għall-uniku fini li tagħmel aktar effiċjenti jew sigura aktar t-trażmissjoni ‘l quddiem tal-informazzjoni lil riċevituri oħra tas-servizz meta jitolbuha, diment li l-fornitur:

  • (a) ma jimmodifikax l-informazzjoni;
  • (b) jikkonforma mal-kondizzjonijiet dwar l-aċċess għall-informazzjoni;
  • (c) jikkonforma mar-regoli rigward l-aġġornament tal-informazzjoni, speċifikati b’mod rikonoxxut u użat b’mod estensiv mill-industrija;
  • (d) ma jinterferixxix mal-użu leġittimu tat-teknoloġija, rikonoxxuta u użata b’mod estensiv mill-industrija, biex tinkiseb data dwar l-użu tal-informazzjoni; u
  • (e) jaġixxi malajr biex ineħħi jew iwaqqaf aċċess għall-informazzjoni li jkun ħażen malli jikseb għarfien effettiv tal-fatt li l-informazzjoni fis-sors inizjali tat-trażmissjoni tneħħiet min-network, jew l-aċċess għaliha jkun ġie diżattivat, jew li awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tkun ordnat dik it-tneħħija jew id-diżattivazzjoni.

2. Dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa l-possibbiltà li awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, f’konformità mas-sistemi legali tal-Istati Membri, jeżiġu li l-fornitur tas-servizz jittermina jew jipprevjeni xi ksur.

Scroll to Top