1. Meta jiġi pprovdut servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni li jkun jikkonsisti fit-trażmissjoni f’network tal-komunikazzjoni ta’ informazzjoni pprovduta minn riċevitur tas-servizz, jew fl-għoti ta’ aċċess għal network tal-komunikazzjoni, il-fornitur tas-servizz ma għandux ikun responsabbli għall-informazzjoni trażmessa jew aċċessata, diment li l-fornitur:
- (a) ma jkunx beda t-trażmissjoni;
- (b) ma jkunx għażel ir-riċevitur tat-trażmissjoni; u
- (c) ma jkunx għażel jew immodifika l-informazzjoni li hemm fit-trażmissjoni.
2. L-atti tat-trażmissjoni u tal-għoti tal-aċċess imsemmija fil-paragrafu 1 jinkludu l-ħażna awtomatika, intermedjarja u tranżitorja tal-informazzjoni trażmessa, diment li din issir għall-uniku fini li titwettaq it-trażmissjoni fin-network tal-komunikazzjoni, u diment li l-informazzjoni ma tkunx maħżuna għal perjodu itwal milli raġonevolment ikun meħtieġ għat-trażmissjoni.
3. Dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa l-possibbiltà li awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, f’konformità ma’ sistema legali ta’ Stat Membru, teżiġi li l-fornitur tas-servizz jittermina jew jipprevjeni xi ksur.
