Artikolu 28 – Protezzjoni tal-minorenni online

1. Il-fornituri ta’ pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom jistabbilixxu miżuri xierqa u proporzjonati biex jiżguraw li s-servizzi tagħhom ikollhom livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà fir-rigward tal-minorenni.
2. Fuq l-interfaċċa tagħhom, il-fornituri ta’ pjattaformi online ma għandhomx jippreżentaw reklami bbażat fuq it-tfassil tal-profili kif definit fl-Artikolu 4, punt (4), tar-Regolament (UE) 2016/679 bl-użu ta’ data personali tar-riċevitur tas-servizz meta jkunu konxji b’ċertezza raġonevoli li r-riċevitur tas-servizz ikun minorenni.
3. Il-konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu ma għandhiex tobbliga lill-fornituri ta’ pjattaformi online jipproċessaw data personali addizzjonali sabiex jivvalutaw jekk ir-riċevitur tas-servizz ikunx minorenni.
4. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Bord, tista’ toħroġ linji gwida biex tassisti lill-fornituri ta’ pjattaformi online fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1.

Scroll to Top