1. Il-fornituri ta’ pjattaformi online ma għandhomx ifasslu, jorganizzaw jew joperaw l-interfaċċi online tagħhom b’mod li jqarraq jew jimmanipula r-riċevituri tas-servizz tagħhom jew b’mod li b’xi mod ieħor ifixkel materjalment il-kapaċità tar-riċevituri tas-servizz tagħhom li jieħdu deċiżjonijiet ħielsa u infurmati.
2. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal prattiki koperti mid-Direttiva 2005/29/KE jew mir-Regolament (UE) 2016/679.
3. Il-Kummissjoni tista’ toħroġ linji gwida dwar kif il-paragrafu 1 japplika għal prattiki speċifiċi, b’mod partikolari:
- (a) l-għoti ta’ aktar prominenza lil ċerti għażliet meta jitolbu deċiżjoni mingħand ir-riċevitur tas-servizz;
- (b) talbiet ripetuti lir-riċevitur tas-servizz biex jagħmel għażla meta tali għażla tkun diġà saret, speċjalment bil-preżentazzjoni ta’ pop-ups li jinterferixxu mal-esperjenza tal-utent;
- (c) proċedura tat-terminazzjoni ta’ servizz li tkun aktar diffiċli mis-sottoskrizzjoni tiegħu.
